
Limerikki


(1)
L-Arjan
Kien hemm Malti pur, safi u arjan
Li kien jobgħod lill-ġens Afrikan
Imma darba iċċassa
U sar qiesu ħassa
Meta bintu ngarżat ma’ Libjan
(2)
Ċili 1973
Richard Nixon ħejja pjan
Denju tal-ikbar xitan
Biex joqtol bniedem soċjalist
U jpoġġi floku gvern faxxist.
(3)
Att Kristjan
Kien hemm Għarbi miexi fi triq
Ma’ martu viċin Wied Għammieq
Għadda razzista
Niksrani u faxxista
U beda jagħtihom bis-sieq
(4)
L-Għażżien
Kien hemm wieħed jismu Kalanġ
Li jaħdem iħobb kien ma' tantx
F'l-aħħar martu żbruffat
Daqtejn sew lilu tagħat
U ġabithu mgħawweġ bħal ganċ
(5)
Kelma ta' raġel
Darba waħda kunjoma Cassar
Lil żewġa widbitu' b'mod ċar
"Oħroġ minn taħt is-sodda
Baħnan mill-belt t'Odda. (1)
"Ma' rridx, nurik min jikkmanda f'di' dar"
(6)
8 ta' Marzu, 2003
Meta Fredu ħaseb li id-dawl lemaħ
Lejn il-Marsa mar jiġri kemm felaħ
Ma' kull min iltaqa'
Bid-dahq lilu faqa'
Għax insista li t-tellieqa kien rebaħ
(7)
Dr. Smiley
Wenzu avukat li m'hawnx bħalu
Dan rari jekk qatt li titlgħalu
Imma jekk jidħaq bik
Taf kif hu jifnik
D'dik id-daħqa ta' wieħed balalu.
(8)
Mhux dak ta' Tini Jdejk
Reliġjuż li iħobb jħobb ħafna l-karnali
Bil-lejl tieħ iqalleb kanali
Sakemm għal Cicciolina
Huwa jqabbeż il-vina
Wara jqerr mal-mexxej spiritwali
(9)
Użaħ għax titilfu
Ġużeppi lil martu Katrin
Kien ilu ma' jbusa tliet snin
Imma meta' raha tbus
Lil Ċisju Callus
Intefa' mal-art b'ħass ħażin.
(10)
Imitaw lill-Knisja
Il-partiti li għandna l-Maltin
Tassew huma veru ħelwin
Iridu jmexxuna
Ħa l-quddiem iġibuna
U flus jiġbru min għandna kull ħin.
(1) Belt antika Norveġiża li għażilta biss għax tirrima mal-kelma sodda u ma' għanda x'taqsam xejn ma nies bħaħen.
(11)
Staff imħarreġ sew
Lukanda famuża mill-kbar
Jiftaħru li hija five star
Fli-kċina hemm l-għajnuna
Ta' tletin persuna
U magħhom xi ħmistax il-far.(12)
(12)
Partitarju akkanit
Wieħed Għaxqi kunjomu Cascun
Fuq Marija huwa veru miġnun
Biex juri li sod
U kemm hu devot
Lil Ġużeppi huwa juri il-qrun
(13)
Żball mediku
Kien hemm wieħed kunjomu Axisa
Li darba għax taghtu għatisa
Mar jiġri l-isptar
U hemm żball kbir sar
Għax qatgħulu il-b---- u l-p-----
(14)
Tifkira 1998
Jekk xi darba immur passiġġata
Sal-Birgu ix-xatt xi ġurnata
Għal li jistgħa jkun
Taħsbu faċli li tkun
Nieħu għawma u nixtri ruġġata?
(15)
Ħuta li mhux razzista
Ħuta bajda riedet tiġbor lil-ħbiebha
U tgħidilhom dak kollhu fi ħsiebha
Li għalkemm mhux razzista
Se tagħmel li tista
Biex ħut iswed le jersaq lejn biebha
(16)
Ħrafa Maltija
Kien hemm waħda jisimha Marlene
Kienet taħseb li hi Beauty Queen
Kienet dejjem iddur
Taħsiba pinnur
U dardret l-Għawdxin u l-Maltin
(17)
Faċilita' ta' Lussu
Wieħed li għax il-ħabs qatt ma' mar
Kien jaħsbu lukanda five star
Iżda meta Kordin
Spiċċa ħuħ għal sitt snin
Beda jgħid li mill-ħabs ma’ hawnx agħar.
(18)
U mela zokk
Meta Frans daħal jisraq għand Ġanni
Dlonk qasam rasu mal-kanni
Il-Qorti ordnat
Permezz ta' mandat
Li Frans għandu jieħu tad-danni
(19)
Ċili 1973 II
Pinochet kien mexxej ferm krudil
Surmast tat-tortura u l-qtil
Imma għal U.S.A.
Kien veru feddej
u magħhom ma' sab qatt tfixkil.
(20)
Mhux billi titqarben
Ftit minn dawk li jitqarbnu l-Ħadd
U li jfallu din ma' jkun qatt.
Kieku veru kif jgħidu li hu
Li fl-ostja hemm ġisem Ġesu'
Żgur li lsinhom idub mal-kuntatt.

