Wan lajners

Miġbura minn

John Pellicano

1) Il-kuġina Karmena tant hi ħoxna li meta darba wassalta d-dar kelli naghmel zewg vjaġġi.

2) Dejjem il-kuġina Karmena, tant hi ħoxna li meta timtedd mal-art tiġi iktar għolja minn meta tkun bil-wieqfa.

3) X’differenza hemm bejn injoranza u apatija? Ma’ nafx u ma’ jimportanix.

4) Għedt lil mara’ biex tabraċċja l-iżbalji taghħa. Għanqitni.

5) Ħafna nies jieħdu xokk meta jindunaw kemm ma' ninqalax bħala elettriċist.

6) Qabel kont naħseb li jien indeċiż. Issa miniex daqshekk ċert.

7) L-atejiżmu huwa organiżazzjoni non-prophet.

8) Studju riċenti juri li nisa li għandhom piż żejjed jgħixu iktar mill-irġiel li jibqu jfakkruhom.

9) Dawk li għandhom memorja fotografika ikunu twieldu biha, jew tiżviluppa biż-żmien?

10) Nies li jaqbdu u jiġġudikaw narafhom mal-ewwel ħarsa.

11) Tliet fonts daħlu f'bar. "Dabbru raskhom il-barra", qallhom il-barman, "ma' nservux tipi b'ħalkhom hawn".

12) Fatat daħal f'bar u ordna Vodka. Tal-bar qallu, "Ma' nservux spirti hawn."

13) Tagħlim huwa li tkun taf li tadama hija frotta. Għerf huwa li tkun taf li tadama ma' żżidiex ma' insalata tal-frott.

14) Qatt ma' kont naf x'inhi il-vera kuntentizza sakemm iżżewwiġt -- imbagħad kien tard wisq.

15) Xi ħadd seraqli t-Teżawru. Emmnuni, ma' nistgħax insib kliem biex niddeskrivi kif qed inħossni.

16) Lil min seraqli il-pirmli ta' kontra id-dipressjoni: Nispera li tħossok aħjar issa.

17) Staqsejt wieħed li jifhem fil-Midja Soċjali liema hi l-aħjar app għalija biex nagħmel kuntatt ma' ħbieb antiki.

It-tweġiba tiegħu kienet, "Ouija Board."

18) Dar nadifa hija sinjal ċar ta' kompjuter bil-ħsara.

19) Fil-funeral ta' ommi wieħed resaq lejja u bħala kelma ta' konfort qalli, "Bosta".  Fissret ħafna għalija.

20) Il-kokaina ma' nħobbiex pero’ ir-riħa tagħha iġġenninni.

  21) Xjentisti qalulna li s-sigaretti jagħmlu ħsara lit-tfal. Kollox sew mela. Użaw ashtray.

22) Qrajt li il-bieraħ li nanu safa' vittma ta' pick pocket. Imma kemm jifilħu jinżlu fil-baxx ċertu nies!

23) It-tabib ifejjaq, u Alla jieħu il-kredtu.

24) Jiena u l-mara għexna kuntenti għal 20 sena, imbagħad iltqajna.

25) L-iktar affarijiet li jtuk pjaċir fil-ħajja huma jew immorali, jew illegali, jew iħaxxnuk.

26) Id-differenza bejn il-ġenju u l-istupidaġni hija li il-ġenju għandu limitu.

27) Iddiskutejna jekk lin-nanna għandniex nidfnuha jew nikkremawha, iddeċidejna li inħalluha tgħix.

28) Bħalissa qed naqra ktieb jismu The Anti Climax, l-ewwel nofs għoġobni.

29) Illum ġew jiġbru biex jagħmlu swimming pool fl'orfanatrofju. Tajthom tazza ilma.

30) L-imgħallem illum keċċieni mix-xogħol għax qal li ma nafx nikkomunika man-nies. Ma kontx naf x’ser naqbad ngħidlu.

31) Applikajt ghall xogħol bħala make up artist, qaluli li irid ikolli Foundation Degree.  

32) Lili rabbieni missieri, ommi telqet qabel ma' twelidt.  

33) Meta dawk li jmutu jersqu lejn id-dawl  ma' jkunux indunaw li sfaw rreinkarnati bħala kamla.  

34) Għal ewwel ma ridtx nemmen li missieri kien jisraq it-tabelli tat-traffiku avolja s-sinjali kienu kollha hemm  

35) Għamilt żmien insewwi type writers tal-lingwa Ċiniża, KIen xogħol iebes imma kont niltaqa' ma' ħafna karattri.  

36) Iz-ziju inqabad jisraq fl- fortunatament seraq id prostetika, Sfortunatament kienet it-tieni offiża.  

37) Għamilt kors fuq kif għandek tkun pożittiv. Kien tal-qamel.

38) Oħti tbati bil-hay fever u issa saret diabetika. Biex nikkunslaha xtrajtila bukkett fjuri u kaxxa ċikkulatini.

39) Il-ġar tiegħi Iżrsaeljan. Kull posta li nirċievi indirizzata lil 'The Occupier' nitfaghha fil-kaxxa tal-ittri tiegħu.

40) Il-ġirien li joqghodu taħti veru storbjużi u insapportabbli. Issa naf kif iħossuhom min joqgħod il-Kanada.

41) F'għeluq żmienha, in-nanna se noħduha l-iŻvizzera. Tgħidulha xejn ta' għax sorpriża: ibbukkjajniehla appuntament fi klinika tas-suwiċidju.

42) Għamilt żmien naħdem bħala gwardjan il-ħabs. Tkeċċejt għax organiżżajt Lock In.

43) Missieri qalli biex ma' naqbadx u nitlaq 'il barra meta jkun għadu ma' spiċċax ikellimni. Qalli il-bieraħ għedtlek biex tmurli Holland and Barrett tixtrili il-vitamini, fejn qieghed issa? Għedtlu Holland.

44) Rihanna ħassret kunċert għax għanda is-Salmonella, ella, ella.

45) Tgħiduli xejn imma it-Trans tal-lum m'għadomx l-istess bħal ma' kienu qabel.

46) Qatt ma' għandek tuża Ouija Board biex tagħmel kuntatt ma' xi ħadd li kien dyslexic. Min inti? K, R, V, P...... Int Ġużi?

47) Meta morna Wales ħaduna fuq pont imsemmi The devil's bridge. Il-gwida qaltilna li kiena jieħdu nisa suspettati li huma sħaħar u jitfgħuwhom ghall isfel minn fuqu. Jekk ikunu sħaħar itiru u jaħarbu u jekk ikuni innoċenti jibqgħu neżlin u jitfarrku fuq l-M4.

48) Naf li mhux sew imma nammetti li ġieli kont qed insuq u nibgħat SMS.  M'hemmx x'tagħmel, kulħadd jagħmel xi ħaġa li wara jiddispjaċiħ li għamilha meta jkun fis-sakra.

49) Hemm isem ghal dawk li jgħidu li jaraw l-iħirsa: skiżofreniċi.

50) Political correctness tfisser li biex tgħid ċajt fuq suġġett partikolari trid tkun tagħmel parti minn dik il-kategorija. Eż gays jistgħu jiċċajtaw fuq persuni LBTIQ, persuni bi bżonnijiet speċjali jistgħu jiċċajtaw fuq diżabilita' eċċ. Mela:

"Żewġ semi analfabeti daħlu f'bar..........."

Għaxra oħra.

 

1 Darba kont noħroġ ma tennista. Ma tantx domt, l-imħabba ma kienet tfisser xejn għaliha.

2 Il-bejjiegħ tal-ħalib tar-raħal miet il-bieraħ. Il-familja tiegħu qalu li se jiġi parzjalment ikkremat.

3 Darba ħadt sehem fil-kampjonat mondjali tal-kleptomanija. Ħadt id-deheb, fidda u bronż.

4 Lill mara għedtilha li pinġiet il-ħuġbejn il-fuq wisq. Dehret sorpriża.

5 Fetaħ restorant jismu Karma. M'hemmx menu, tieħu dak li jistħoqqlok.

6 Għandi memorja ta iljunfant. Niftakar darba mort iz-zoo u rajt iljunfant.

7 Qatt ma' hu tard biex titgħallem xi ħaġa stupida.

7 Tiddejjaq meta xi ħadd iwieġeb il-mistoqsijiet tiegħu stess. Jien iva.

9 Min jaf kieku nibdew ngħidu li il-moħħ huwa app? Forsi fl'aħħar kulħadd jibda jużaħ.

10 Isma, billi ma' nafx xi tfisser il-kelma Armageddon mhux l-aħħar tad-dinja ta'.