Taqbiliet Umoristiċi

 Lenin, Alla u x-Xitan

Lenin miet u mar il-Ġenna

Lil San Pietru sab fil-bieb

“Hawn x’ġejt tagħmel?” qallu Pietru

“Ġewwa l-Ġenna m’għandekx ħbieb”.

 “Inti postok qalb il-fjammi

Għax int tobgħod lill-Insara

Mela dabbar rasek 'l isfel

Daqs kemm għamiltilna ħsara”

 Lenin xejn ma ħabbel rasu

Għax ma daħħluħx ħdejn il-Bambin

Lejn l-Infern hu qabad triqtu

Biex imur mal-midimbin

 Ix-Xitan  kif raħ pront qallu

“Għalik għandna dil-missjoni

Biex f’Ħades jimxi kollox sewwa

Għandu bżonn rivoluzzjoni”

 Għal Lenin dal-kliem kien għasel

U beda jwettaq tibdil kbir

Biex f’kemm aħna ilna ngħidu

L-Infern ġab miexi ħarir

Alla kien qed jara kollox

U dil-ħaġa tagħtu ġewwa

Għaliex anki hemm fil-Ġenna

Ma’ kienx kollox miexi sewwa

 Għalhekk ċempel lid-Dimonju

Sabiex jgħidlu b’dan il-għan

Lil Lenin iridu lura

Għax għalih hu għandu pjan.

Belżebub ma qabilx miegħu

U dlonk beda jidħaq biħ

“Dak imissek rajtu qabel

Mhux bgħattu 'l isfel minnufiħ”

 “Ma kontx jien iżda San Pietru”

Wieġeb Alla inkurlat

“Ar’ kif tagħmel ibgħatuli”

Kompla b’leħen irrabjat.

"Ara x’nagħmlu” , ix-Xitan wieġeb

“Biex kulħadd joħroġ b’unur

Għaliex naf li għandek bżonnu

Nibgħatulek għal sitt xhur”

 B’hekk Lenin intbgħat il-Ġenna

Biex bħal Infern iġibha sew

Iżda l’isfel ma’ marx lura

Għad li għaddew kważi sentejn

 Ix-Xitan fl-aħħar qabżitlu

Ta’ kuljum jistenna għalxejn

Qabad u ċempel lil-Jehovah

Biex kif jaf itih kelmtejn

 “Hawn Sur Alla int kif tagħmel?

Inti kellek ftehim miegħi

Lil Lenin ibagħtu lura

Dak irridu, għax dak tiegħi”

 Alla semgħu b’kalma kbira

Bil-paċenzja, paċi u sliem

Kif ix-Xitan spiċċa diskorsu

Huwa wieġeb b’ dan il-kliem:

“Is-Sur Alla tgħidlix iżjed

Għaliex dik ħaġa borgiża

Comrade Alla ibda sejjaħli

Għax noħodha bħala offiża”

 “Ħaġa oħra nixtieq ngħidlek

Iktar hawn iċċempillix

Jekk iċċempel ħadd ma’ jwieġbek

Għaliex jien ma neżistix”

John Pellicano   

 

WWWWWWWWWWWWWWWWWWWWWWWWWW

Taqbila għal jum San Valentino

 

14 TA’ FRAR, 2025

 

Konna iltqajna, aħna t-tnejn

Fis-sena wieħed u sebgħbin  

Iż-żmien ma'  jaħfira l-ħadd

Nieqaf inħobbok ma' jkun qatt

F'dan il-jum iddedikat

Għall maħbubin ta' kull naħat  

Nixtieq ngħidlek illi jien

Bħalek żgur ma' nsib imkien.

Għalkemm qasira tidher ħdejja

Tleħħaqli biss sa rkopptejja 😜 

Fil-ħajja tagħna t-tnejn flimkien

Int l-iġganta u mhux jien.

Jien se nagħlaq b'dan il-kliem   

Se nibqa nfaħħrek bla waqfien

Nieqaf inħobbok ma' nistgħax

Sa mindu kelli biss sittax

John Pellicano.

Dak l-imbierek Fejsbukk

 
 

Jekk għandek uġigħ f'rasek 

Ismgħani sew ħabib

Itlob l-għajnuna f'Fejsbukk

U ssib miljun tabib.

Trid int tixtri karozza?

Ma' tafx għand min ser tmur?

Staqsieha fuq il-Fejsbukk

Hemmhekk jaqduk fiż-żgur.

Jekk mort tieħu timpana

U l-prezz kien ħafna għoli

Għid kollox fuq il-Fejsbukk

Għaqlalu il-paroli.

 

Trid teħles mill-kunjata?

Post wieħed hemm fejn tmur

Offri l-flus fuq Fejsbukk

Jeħilsulek minnha żgur

 

Il-kelb tal-ġar idejqek

U jġiblek ilma d-demm?

Intefa' fuq il-Fejsbukk

U ġġakbinaħ minn hemm

 

Rajt iswed fuq bank rieqed 

X'imkien il-bogħod mill-folla?

Mur iġri fuq il-Fejsbukk

U għajjru b'razztu kollha

 

Tkażajt għax rajt trans mara

B'dublett magħha nkaxxat?

Mur igdeb fuq il-Fejsbukk

Li lilek ittantat

Kull kazz li jinqalalek

Jew għandek xi salib 

Ibqa ċert illi fuq Fejsbukk

Miljun espert issib

John Pellicano

Frar 2024