Mini Poemi

(1)

Qed jarak

Agħmel ċert li ma tinsiex  

Li jarak Alla taħt il-friex

U taħseb xejn għal min se ttiħħ

Għax ikun jaf jekk tilgħab bih.

(2)     

Tani parir

Staqsejt l'Alla iniex se nfieq

Huwa qalli bla tlaqliq

“Tebut ixtri mur bil-kwiet

Għax s'għada jogħla b'sitt darbiet.”  

(3)

Richard Dawkins

Allat inħolqu ħafna u spiss

Ħafna jemmnu f'wieħed biss

’Il bogħod ma tantx qegħdin minn magħhom

Żidna wieħed mal-lista tagħhom.

.

(4)   

Il-Ħniena tal-Mulej

Xitan żghir ġie jpoġġi ħdejja

Jien bil-biża' għalaqt għajnejja

Qalli "Minni tibża xej'

Jien ma' qtiltx nies daqs il-Mulej."

(5)   

Pawlu hawn

Imma kemm konna żvinturati  

Li minflok xini tal-pirati  

Biex il-Maltin kollha jiddarsu

Ġie hawnhekk Pawlu ta' Tarsu                                                                                                                    

(6)

Kuraġġ ta’ Eva

Kieku nara serp viċin

Kważi jħossni ħass hażin

U jekk ukoll jgħid xi kelmiet

Nagħmel taħti fil-qalziet.

 

(7)

13 ta' Ġunju, 1984

Xmara ħamra fil-belt ta' Ruma

Qalbhom maqsuma, kollha kemm huma

Xeni bħal dawk ma' rajna qatt

Compagno Enrico, bħalek żgur ħadd.

 

(8)

Wara tlett ijiem

Jekk tkun taf xi ħadd li jmut

U taraħ stendut f'tebut

Ar' kif jaqbdek ħass hażin

Jekk taraħ ħaj wara ftit żmien.

(9)

Maskilist  

Pawlu kien isiba xkiel

Li nisa jgħallmu lill irġiel

Lilu ħadd ma ried li jmeri

Li lill l-irġiel kien jippreferi.

(10)

L-aħħar xewqa

Issa li qrobt sew is-sebgħin  

Kull ma' nixtieq, tgħidliex għalfejn  

Aħjar għada flok illum  

Hi li norqod u le nqum.  

(11)

Parir ta' omm

Staqsejt l'ommi jien minn jien

"Ibni bħalek m'haw' imkien

Daqsek balalu u fidil

imbeċilli u dellu tqil."

(12)

Ċirka 1971

Neputija resqet lejja

U poġġiet bilqiegħda ħdejja

Hawn dal-mus iftħu daqxejn

Ħalli biħ intik daqtejn.

(13)

All inclusive  

Kull min jgħid li l-ħabs lukanda

Fejn il-ħin kollhu ddoqq il-banda

Nhar ta' Ġimgħa jmorru fiħ

U jqattgħu weekend break tal-blieħ

(14)

Ristorant Ċiniż

Kieku Eva u żewġa Adam kienu Ċiniżi

Fid-dinja ma' kien ikun hawn ebda kriżi

U flok intiena jkollna biss riħa ta' fwieħa

Għax kienu jieklu s-serp flok it-tuffieħa.

(15)

Tgħaġġibiex

Il-gideb intqal kullimkien u f'kull żmien  

Hekk dejjem se jkun u hekk dejjem kien.

L-iktar gideb pero' għażiż ħija  

Kien dak li ġie mill-Galilija

(16)

Mard mentali

Tfaċċajt fuqi għal għarrieda

Ippruvajt tkissirli r-rieda

Fuqi għalxejn tagħmel pressjoni

Mhux ħa tkissirni, dipressjoni.

(17)

Bandiera bajda

Jekk raġel ma' kull mara jmur

Jgħidu kemmu xalatur

Jekk li tiżżewweġ armla taċċetta

Jgħidu ma’ toqgħodx mingħajr zalzetta

(18)

Krejazzjoni fażulla

Qatt staqsejt kif il-Mulej

Bħallikieku ma' kien xej'

Irnexxielu joħloq stilla

Jumejn wara d-dawl, jewwilla?

(19)

Urbanu VI

Dan il-Papa kien ftit trux

Ikolli ngħid, għax ma' semgħux

L-għajjat bl-uġiegħ tal-ikkalzrati

Kardinali ittorturati.

 

(20)

Obdewħ kelma b'kelma

Il-Messija darba qal

Biex it-talb ma' jkunux twal (1)

U il-knisja bil-kuntrarju

Ivvintatilna ir-Rużarju.

(1) Mattew 6:7

(21)

Wrong Number

Iltaqgħet ma' Lhudi veru gustuż  

Kien jidher li hu wkoll kien tal-flus  

Talabha n-numru, imma hi insistiet  

"Li issa għandna l-ismijet".

(22)     

Żibel uman

Issib dejjem kandidat

Li għax mill-poplu jkun ġie fdat

L-għan ewlieni tiegħu jkun

Li jsir l-akbar sinjurun

(23)

1579

Meta tħossok iddisprat

Tibqax waħdek f'dak l-istat

Għajnuna fittex bla dewmien

U b-hekk timxi il-quddiem

(24)

Poplu t'Alla

Trid tkun veru sakranazz

Biex tgħażel poplu imbarazz

Qattiel ta' trabi, nisa u xjuħ

U b'mexxej haqqhom jgħallquħ

(25)

Kliem Alla

Alla ordna lill-iskjavi  

Qis li dejjem tibqgħu bravi  

U dejjem obdu lis-sidien  

Għax inpattihjielkom jien.

(26)

Marx u Engels

Sfruttati iktar la tibqgħux  

Ħaddiema, la ddumux  

Ma' tingħaqdu lkoll flimkien

Ħa tkissru l-ktajjen bla dewmien.  

(27)

Halloween  

Qallek Sua Santita'

Tiċċelebrax makabrita'  

Għandek tadura tkunx skantat  

Lil Kristu kollhu flaġellat  

(28)

Tfal fis-60ijiet  

Meta jiena kont immur

Insib xi twajjeb konfessur  

Jgħidli biex ma' mmurx xalata

Ma' dawk l-imxajtna tal-Brigata.

(29)

Ċili 1973

Richard Nixon ħejja pjan     

Denju tal-ikbar xitan  

Biex joqtol bniedem soċjalist  

U jpoġġi floku gvern faxxist.

(30)

Kristjani A la carte

Kristu qallek, isma' xbin

Ilqa' f'darek barranin (1)

U flok qed tagħmel kif suppost

Qed isir kollox b'l-oppost.

(1) Matthew 25:38

(31)

Rispett mhux wara l-mewt

Meta'  nasal biex immut

U jpoġġuni fit-tebut

Pjaċir agħmilli tersaqx l-hemm

Għax għal min hu falz għandi fid-demm.

(32)

Dimenzja

Jien u l-mara bloqna t-tnejn

Moħħna m'għadu jaħdem xejn

Inqum ċert li jien Fidel

U hi trida ta' Adele

(33)

Grazzi xorta imma le grazzi

Kulħadd jaf ħażin x'inhu

Hi min hi u hu min hu

Biex inkunu obbidjenti

M'għandniex bżonn ta' kmandamenti.

(34)

Dr. Dolittle

Eva għaliha kien normali

Li jkellmuha l-annimali

Din il-ħrafa serviet ta' xrar

Biex Lofting joħloq ktieb ghaż-żgħar

(35)

Vista Vistun

"Qalbek kbira", qalli t-tabib.

"Tinkwieta xejn pero', ħabib."

"Jekk li ninkwieta m'hemmx għalfejn

Missek mill-ewwel m'għedtli xejn."

 

(36)

Sinċerita'

Lil min tħobbu qis li tkun

Dejjem ħdejħ ikun xi jkun

Maltemp, silġ, xita jew riħ

U mhux biex biss tinqeda biħ.

(37)

Egoist

Ta' l-ewwel jiena, dan huwa fatt.

Li nċedi t-tieni, dan ma' jkun qatt.

Tat-tielet nieħdu, 'qas jekk immut.

U dak li jifdal, ġo tiegħi l-but.

 

(38)

Kċina u sodda

Kemm għerf tlifna tul iż-żmien

Meta dejjem, kullimkien

Ir-Rejiet u l-Kardinali

Mexxew b'mod Patrijarkali

 

(39)

Fiħ wisq sodju

Jien il-Bovril ma' nħobbux

Tgħidli xejn għax ma' nieħdux

Iqabbadni okkupazzjoni

U jtellagħli il-pressjoni.

(40)

Presepju

Mort biex nixtri il-pasturi

Biex fil-presepju jkolli x'nuri

Sibthom kważi kollha ħlief  

Dawk it-tliet irġiel għorrief 

 

(41)

Milied tal-patrijotti

Ma jridux dawn il-ħelwin

Refuġjati u barranin.

Fil-presepju kull ma' tara

Baqra biss u magħha ħmara

 

 

(42)

1962-1971

Tal-PN, magħom il-kleru

Fi żmien kienu jippreferu

Illi f'Malta dak iż-żmien

Saltna tad-dritt ma' tkun imkien.

(43)

Bolivja, 9 ta' Ottubru, 1967

Temmewlek ħajtek, biċċrulek ġismek

Ħasbu li b'hekk iħassru ismek.

Li ġara iżda kien bil-maqlub

Għax sirt leġġenda bil-wisq maħbub.

(44)

Full speed astern

Iva ma' nitgħallmu qatt

Mill iżbalji tal-passat?

Flok il-quddiem lura sejrin

Nersqu lejn l-estrem lemin

 

(45)

Maltin oriġinali

Min iddeċieda li l-Maltin

Iridu jkunu biss ġinġrin

Jew bojod karti u daqxejn sbieħ

Jemmnu f'Alla u jidgħu biħ?

(46)

Tgħid tiġri veru?

Jien daħalli is-suspett

Li għad induru għal Buskett

Hu hemm min għandu pjanijiet

Biex jimlieħ kollhu torrijiet.

(47)

Qabel l-elezzjoni

Jiġu għandek kollhom ħlewwa

Jgħidulek lilkhom nafkhom sewwa

Nanniet, kuġini u zijiet

Isemmuhomlok b'l-ismijiet.

 

(48)

Wara l-elezzjoni

Iċċemplilhom biex tifirħilhom

U żewġ kelmiet lilhom tgħidilhom.

Tisma vuċi, kollha textiex

Tgħidlek "Dan-numru, ma' jeżistiex".

 

(49)

 Delizzju xejn delizzjuż

Dak gost kbir, dak pjaċir

Tara għasfur ferħan itir

Ittiħ tir u ġġibu dħin

U tmur tiftaħar il-każin.

(50)

Merħba fis-Seklu XXI

Jekk xi ħadd safa' offiż

Se ngħidilkhom dan preċiż:

"L-Inkwiżitur illum ċaw ċaw

U għandna dritt nipprofanaw."